“Is-Sibt, il-banek għandhom jagħlqu” – il-ħaddiema tal-banek

Miguela Xuereb

Il-ħaddiema tal-banek appellaw lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali u lill-Prim Ministru biex jagħlqu l-banek fil-ġurnata tas-Sibt. Fi stqarrija, l-Unjin tal-ħaddiema tal-banek, l-MUBE, qalet li din il-miżura tgħin biex titrażżan l-imxija tal-coronavirus fl-istess waqt li s-servizzi essenzjali jibqgħu jingħataw matul il-ġimgħa.

L-MUBE qalet li qed tagħmel din it-talba wkoll biex tipproteġi l-interessi tal-membri tagħha u rringrazzjathom tax-xogħol li qiegħdin jagħmlu.

L-MUBE esprimiet solidarjetà mal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa għall-isfidi li għandhom f’dawn iċ-ċirkostanzi.