Sħana fil-Mediterran; jitfaċċa munizzjon tat-Tieni Gwerra

Reuters

Il-pajjiżi tal-Mediterran ħarġu twissija dwar it-temp sever, hekk kif heatwave tellgħet it-temperaturi sa 40 grad fl-Ewropa, u l-livell tal-ilma li dejjem jonqos espona munizzjon tat-Tieni Gwerra Dinjija max-xatt ta’ xmara fil-Ġermanja.

L-Italja u l-Portugall ħarġu twissijiet ħomor, li huma l-ogħla mit-3 livelli ta’ twissija, li jindikaw riskji ta’ mard fil-bliet l-iżjed turistiċi fl-Italja, jiġifieri Ruma, Firenze u Venezja.

23,880 persuna mietet fl-Italja fuq medda ta’ 11-il sena minħabba t-temp, skont rapport li sar f’Lazio. 114-il persuna mietet fil-Portugall is-sena l-oħra b’nirien fil-foresti. Nirien ħakmu l-Greċja x-xahar li għadda wkoll u qatlu 91 persuna.

Iżda fi tmiem il-ġimgħa, maltempati madwar l-Italja huma mistennija li jieħdu post is-sħana.

Filwaqt li fil-Lvant tal-Ġermanja, il-pulizija avżaw lin-nies biex ma jmissux il-granati u armi oħra li tfaċċaw mit-tajn max-xatt tax-Xmara Elbe peress li l-heatwave kkawżat il-livell tal-ilma biex jonqos.

Fi ftit ġimgħat, il-pulizija sabu 24 biċċa munizzjon mit-Tieni Gwerra Dinjija, li kienu ntefgħu hemm mill-forzi Russi u Ġermaniżi fl-aħħar tal-kunflitt.