Is-sħana tikkawża l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Is-sħana hija fost il-kawżiet ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol fis-settur tal-kostruzzjoni.
Studju li wettaq l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) juri li 31.5% tal-inċidenti huma marbuta mas-sħana.
L-istudju wera wkoll li l- ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni huma f’riskju akbar li jsofru inċident fuq il-post tax-xogħol meta mqabbla ma’ setturi industrijali oħrajn.
L-NAO innota li, apparti l-fattur ta’ random variation, l-indifferenza kulturali lokali lejn is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u nuqqasijiet regolatorji, x’aktarx jispjegaw it-68.5% tal-inċidenti l-oħra.
L-NAO wettaq studju u eżamina l-effiċjenza u l-effettività li bihom l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) tissalvagwardja u tirregola s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fis-settur tal-kostruzzjoni.
Ikkonkluda li għalkemm l-OHSA hi benefiċjarja għandha ssaħħaħ u tissikka aktar fuq il-funzjoni regolatorja billi tadotta approach proattiv fis-sistema ta’ monitoraġġ tagħha flimkien ma’ infurzar aktar b’saħħtu.
Huwa wera riservi dwar li l-OHSA ma tesegwix spezzjonijiet fuq is-siti ta’ kostruzzjoni.
Innotaw ukoll li l-OHSA m’għandhiex sistema elettronika komprenssiva ta’ informazzjoni.
L-NAO qal li l-penali finanzjarji permessi ma jirriflettux il-gravità ta’ wħud mill-infrazzjonijiet li huma intenzjonati li jiskoraġġixxu.
Ir-rapport sħiħ jidher fis-sit tal-NAO.