Is-sħana se tippersisti?

It-temp donnu issa qed joqgħod hekk kif hu mistenni li jkun xemxi għall-kumplament tal-ġimgħa.
Se jkun hemm ġranet b’xi waqtiet imsaħħba lejn l-aħħar tal-ġimgħa. Iżda t-temperatura se tibqa kemm xejn għolja – bejn 27°c u 30°c.
Il-baħar se jkun moderat għall-maġġoranza tal-ġranet u jsir xi ftit imqalleb nhar is-Sibt. L-Indiċi UV se jibqgħu dawk ta’ 10.
Skont is-sit FirstMalta, ir-riħ se jdur Nofsinhar Forza 3 għada t-Tnejn, Lvant Forza 3 nhar it-Tlieta u Majjistral Forza 4 – 5 bejn l-Erbgħa u l-Ġimgħa.