Is-sħana magħna; L-Uffiċċju Meteoroloġiku jwissi dwar 3 ijiem sħan

L-Uffiċċju Meteoroloġiku qed iwissi dwar it-temperatura għat-tlett ijiem li ġejjin, peress li din għandha taqbeż it-33°C.

Din il-mewġa ta’ sħana li ġiet imbassra ġejja mill-Afrika ta’ fuq. Skont il-paġna ta’ Facebook Malta Weather, it-temperatura mistennija tilħaq id-39°C sal-Ħadd. Skont is-sit tal-Uffiċċju Meteoroloġiku, it-temperatura se tkun 37°C bl-indiċi UV 10. L-ogħla temperatura mbassra għal-lum s’issa hi ta’ 34°C, b’indiċi UV 9.

Are you enjoying the HEAT? 😍🌞🏖😎 We're set for a SWELTERING weekend across Malta and Gozo as Lucifer makes his presence…

Posted by Malta Weather on Friday, June 21, 2019

L-ewwel heatwave tas-sena fi tmiem il-ġimgħa?

Din hija t-tieni darba f’Ġunju li t-temperatura se tkun qed togħla.