Is-sewwieqa, il-baħħara u l-piloti b’restrizzjonijiet minħabba ċ-CHOGM

Il-Gvern ħabbar aktar restrizzjonijiet fosthom għeluq ta’ toroq, kif ukoll restrizzjoni jiet marittimi u fl-ispazju tal-ajru.
Triq magħluqa
Il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru u s-Sibt 28 ta’ Novembru minn Triq San Lawrenz sal-Pjazza tal-Monument tal-Ħelsien fil-Birgu se tkun magħluqa għat-traffiku.
B’hekk, Triq il-Mina l-Kbira u Triq Nestu Laiviera se tkun b’żewġ karreġġjati.
Restrizzjonijiet Marittimi
Ma jistax isir tbaħħir:

  • Il-Port il-Kbir u l-madwar, il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru mis-7am sat-3pm u s-Sibt 28 ta’ Novembru mis-7am sas-6pm.
  • Ħaġar Qim, faċċata ta’ Ras il-Ħamrija, is-Sibt 28 ta’ Novembru bejn l-4pm u nofsillejl
  • Fl-inħawi tar-Radisson Golden Sands, il-ħinijiet kollha sa nhar it-Tnejn 30 ta’ Novembru
  • Bejn Malta u Għawdex, is-Sibt 28 ta’ Novembru mit-8am sal-11am u mill-4pm sas-6pm.  Is-servizz tal-Gozo Channel mhux se jiġi affetwat.

Tbaħħir skont struzzjonijiet:

  • Pembroke Ranges sa Tigne Point, il-ħinijiet kollha sas-6pm ta’ nhar il-Ħadd 29 ta’ Novembru
  • Ras il-Qammieħ sa Ras ir-Raħeb, il-ħinijiet kollha sas-6pm ta’ nhar it-Tnejn 30 ta’ Novembru
  • Tigne Point sax-Xlokk ta’ Ras il-Ġebel li jinkludi l-Port il-Kbir u l-Port ta’ Marsamxett, mis-7am sat-3pm tal-Ġimgħa 27 ta’ Novembru  u mis-7am sas-6pm tal-Ħadd 29 ta’ Novembru.

Restrizzjonijiet fl-Ispazju tal-Ajru
Mill-Ħamis 26 ta’ Novembru f’nofsinhar sal-11pm tal-Ħadd 29 ta’ Novembru mhux permess titjir ta’ drones għal raġunijiet rikreattivi u kummerċjali, u titjiriet b’ajruplani żgħar.

Aktar kmieni, il-Pulizija ħarġu avviż li fih ippubblikaw il-lista ta' toroq li se jkollhom limitazzjonijiet ta' parkeġġ jew aċċess matul din il-ġimgħa.