“Is-settur tal-manifattura qed ikompli jmur lura”

Id-Deputat Kap Nazzjonalista, Mario de Marco meta kien qed janalizza statistika maħruġa lbieraħ dwar it-tnaqqis fl-esportazzjoni, qal li b'dispjaċir, din l-istatistika hija indikazzjoni ċara li f'Malta s-settur tal-manifattura qed ikompli sejjer lura.
Mario de Marco fakkar li f'Marzu li għadda, l-President tal-Kamra tal-Kummerċ kien saħaq li s-settur tal-manifattura esperjenza żieda negattiva ta' 0.4% s-sena li għaddiet u li l-indiċi tal-produzzjoni industrijali kien naqas bi 8.1% f'Jannar ta' din is-sena meta mqabbel mas-sena li għaddiet.
Waqt li semma li mijiet ta' impjiegi fil-manifattura jinsabu f'riskju, Mario de Marco tenna l-appell tal-Kamra tal-Kummerċ biex il-Gvern iraħħas l-ispejjeż tal-fjuwil u l-enerġija għall-intrapriżi li joperaw f'dan is-settur.
Mario de Marco qal li minflok jiffoka fuq kif se jsalva l-impjiegi u jraħħas l-enerġija, l-Gvern qed jara kif se jirribatti l-iskandlu tal-Panama.