Is-settur tal-logħob bħala qasam ekonomiku jkompli jikber

Mir-rapport tal-Awtorità Maltija tal-Logħob joħroġ li, fl-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet, il-qasam tal-logħob f’Malta bħala settur ekonomiku kompla jikber.
Inħarġu 43 liċenzja ġdida għal logħob minn fuq l-internet, twaqqfu 22 liċenzja u ġew sospiżi 8 oħra.
Skont il-Gvern, sal-aħħar ta’ Ġunju Malta kellha 277 operatur f’dan il-qasam li bejniethom għandhom 474 liċenzja li jfisser żieda ta’ 14.5% fuq l-istess sitt xhur ta’ sena qabel.
Hu stmat li, b’kollox, dan is-settur jipprovdi għal 12% tal-Prodott Gross Domestiku f’Malta.