Is-settur tal-enerġija fl-Awstralja jintlaqat ħażin minħabba taqlib politiku

It-tibdil regolari tal-Prim Ministru fit-tmexxija tal-Awstralja qed jirriżulta f’nuqqas ta’ fiduċja f’ċerti setturi li huma vulnerabbli għall-inċertezza fil-politika b’mod partikulari s-settur tal-enerġija. Dan jista’ jwassal għal tnaqqis fl-investiment fin-negozju u jerġa’ jippostponi kull deċiżjoni mill-bank ċentrali biex jgħolli r-rati tal-interess.

L-ekonomija Awstraljana tikkonsisti f’setturi li għandhom ħafna riżorsi naturali u fl-aħħar għaxar snin l-Awstralja rat 5 Prim Ministri differenti wara li l-ġimgħa li għaddiet Malcolm Turnbull kellu jirreżenja wara t-taqlib politiku.

It-tkabbir ekonomiku baqa’ kif kien peress li l-ekonomija Awstraljana baqgħet tikber għal 27 sena bla waqfien iżda 10 snin ta’ taqlib politiku b’mod partikulari fl-oqsma tal-klima u tal-enerġija, fost l-oħrajn, qed iħalli tħassib f’oqsma tal-ekonomija.

Divall’s Earthmoving and Bulk Haulage, li timpjega 250 ruħ tinnegozja fl-iżvilupp tal-irdieden tar-riħ għall-enerġija fit-Tramuntana ta’ Kanberra iżda dan l-aħħar qed tikkunsidra li tnaqqas in-negozju minħabba riskji politiċi.