Is-settur tal-assigurazzjoni jimpjega 700 persuna

Is-settur tal-assigurazzjoni jimpjega aktar minn 700 persuna u jħalli €3 biljun fi ħlas ta’ poloz tal-assigurazzjoni.
Waqt id-diskors tiegħu fil-Malta Internatonal Risk Congress, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna spjega li dan is-settur jinkludi 60 kumpanija li joperaw direttament f’Malta.
Ir-Risk Congress ta’ din is-sena kellu t-tema ta’ ‘Black Swan Rising’ u qed isir fuq jumejn.
Il-Ministru temm jgħid li bil-politika ta’ innovazzjoni, is-settur tal-assigurazzjoni kiber f’perjodu ta’ ftit snin.