Read in English.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għamel żjara lil għadd ta’ bdiewa u raħħala fl-Imġarr. Huwa qal li l-PN se jpoġġi s-settur agrikolu bħala pilastru ekonomiku li jikkumplimenta l-bqija tal-mudell soċjo-ekonomiku.
Grech qal li huwa importanti li nibqgħu nikkonservaw dak li hu Malti u li s-settur agrikolu huwa l-qafas tal-ambjent rurali tagħna u għalhekk il-PN jrid strateġija ekonomika li tassew tirrispetta l-ambjent u l kampanja tagħna.
Dan flimkien ma’ diversifikazzjoni intelligenti li tinkludi produzzjoni u rkupru ta’ enerġija alternattiva bħala sors ta’ tkabbir ta’ dħul u l-ħolqien ta’ patt soċjali ġdid mad-dinja tal-agrikoltura. Huwa żied jgħid li jrid li jippermetti lill-akbar numru ta’ nies ikollhom aċċess għal ikel ta’ kwalità, ikel bnin bi prezzijiet raġjonevoli, filwaqt li niggarantixxu lill-bdiewa dħul deċenti.
Preżenti għal din iż-żjara flimkien mal-Kap tal-PN Bernard Grech kien hemm ukoll il-Kelliem għall-Ambjent u l-Emerġenza tal-Klima David Thake u l-kandidati Alessia Psaila Zammit u Alex Mangion