Is-servizzi tal-GO lura għan-normal

Is-servizz tal-mobile tal-linja GO issa jinsab lura għan-normal. Dan wara li għal xi ħin dalgħodu il-klijenti tal-kumpanija tal-komunikazzjoni ma kellhomx aċċess għat-2G u t-3G.

Fi starrija ġie spjegat li l-ħsarat tekniċi seħħew bejn s-7.30am u d-9am. Kawża tal-ħsarat kien hemm persuni li ma setgħux jagħmlu użu mill-internet fuq il-mobile tagħhom. Is-servizz ġie lura għan-normal għall-ħabta tad-9am.

Il-kumpanija qalet li se tkun qed titkellem dirett mal-persuni li ġew affettwati minn dawn il-ħsarat sabiex jingħatalhom kumpens.