Is-servizzi tal-BOV 24×7 se jieqfu għal xi ħin

Il-Bank of Valletta jixtieq javża lill-klijenti tiegħu li minħabba l-aġġornament ippjanat fil-pjattaforma tal-BOV Internet Banking, is-servizzi tal-BOV 24×7 mhux se jkunu disponibbli nhar il-Ħadd 20 ta’ Mejju mis-2 am ’il quddiem. Huwa stmat li s-servizz se jiġi lura għan-normal kmieni filgħodu tat-Tnejn 21 ta’ Mejju.
Sakemm is-sistemi jiġu aġġornati, l-Internet Banking u l-Mobile Banking tal-Bank, kif ukoll il-Phone Banking mhux se jkunu disponibbli. Il-kards u l-ATMs tal-BOV mhumiex se jkunu milquta, għalhekk il-klijenti jistgħu jkomplu jużawhom b’mod normali.
Sadanittant, l-abbonati tal-BOV Mobile Banking huma avżati li wara l-aġġornament, se jkunu meħtieġa jaġġornaw l-app tal-BOV Mobile mill-istores tal-Android jew tal-iOS tagħhom.