Is-servizzi ta’ Transport Malta għadhom sospiżi minħabba cyber attack

Read in English.

Is-servizzi ta’ Transport Malta għadhom sospiżi minħabba problemi tekniċi b’rabta ma’ cyber-attack. Dan ħabbritu Transport Malta stess fi stqarrija dalgħodu.

Il-Ħadd filgħaxijaTransport Malta innotifikat lill-pubbliku li mhux se tkun tista’ topera b’mod normali għall-fatt li esperjenzat problemi tekniċi fuq is-servers u s-sistemi li topera bihom, sfortunatament minkejja li ttieħdet azzjoni immedjata dawn id-diffikultajiet tekniċi baqgħu jippersistu.

Kien spjegat li l-kawża ta’ dawn il-problemi tekniċi huwa cyber attack li seħħ bejn il-lejl tal-25 u s-26 ta’ Settembru 2020. Qalet li mal-ewwel indikazzjoni ta’ dan, l-esperti tekniċi tal-Awtorità ġew informati u ntalbet ukoll l-assistenza tal-Pulizija.

Bħalissa għaddejja inkjesta maġisterjali biex tistabbilixxi l-fatti kollha.