Is-servizzi onlajn tal-Gvern bil-ħsara għal xi ħin

Dalgħodu s-servizzi onlajn tal-Gvern ma kienux qed jaħdmu hekk kif jidher li kien hemm ħsara teknika.

Dan kien ikkonfermat mill-aġenzija tal-Gvern MITA fejn qalet li kienet qed taħdem biex issewwi l-problema teknika li ostakolat is-servizzi onlajn tal-Gvern illum.

Fost is-servizzi affettwati kien hemm il-pubblikazzjoni tal-Avviżi Legali u tal-aġġornamenti tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.

We are currently experiencing technical issues on most of the Government Services. We are doing our utmost to restore the situation back to normal at the earliest possible.

Posted by MITA on Tuesday, August 18, 2020

MITA took immediate action to identify and resolve the technical issues encountered earlier on. Our technical experts are making progress in restoring all Government Services.

Posted by MITA on Tuesday, August 18, 2020