Is-Servizz tat-Tifi tan-Nar tal-Ghana jitħarreġ f’Malta

Grupp ta’ 20 membru tas-Servizz tat-Tifi tan-Nar tal-Ghana attendew kors ta’ taħriġ f’Malta imħallas mill-Gvern Malti.
Fi stqarrija il-Gvern qal li t-taħriġ kien intenzjonat li jsir fuq it-tifi tan-nar, it-tfittxija u s-salvataġġ tal-persuni, u l-inċidenti tat-traffiku. Il-programm ġie jiswa €30,000.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela u l-Ministru għall-Intern Michael Farrugia attendew għall-aħħar jum ta’ taħriġ tal-grupp Ghanjan.
Il-Ministru Abela qal li dan it-taħriġ kien eżempju tat-tisħiħ fir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Għana.
Il-Ministru Farrugia qal li l-fatt li huwa importanti li l-membri tas-servizz tal-Għana jkunu mħarrġa għal kull sitwazzjoni. Żied jgħid li huwa importanti wkoll li l-pubbliku stess ikun jaf x’għandu jsir qabel ma jaslu fuq il-post l-awtoritajiet.
Iċ-ċertifikati ġew ippreżentati lill-grupp mill-Kummissarju Għoli tal-Għana għal Malta Mercy Bampo Addo.

Riratti: DOI – Pierre Sammut