Is-servizz tan-Netflix fl-aħħar f’Malta wkoll

Is-servizz popolari Netflix sar disponibbli wkoll f’Malta wara li l-kumpanija ddeċidiet li fl-aħħar sigħat tiftaħ is-servizz f’20 pajjiż ieħor madwar id-dinja, b’mod speċjali f’numru kbir ta’ pajjiżi Ewropej.
B’din id-deċiżjoni, Netflix issa huwa disponibbli f’130 pajjiż madwar id-dinja.
Kelliem għal Netflix qal ma’ Newsbook.com.mt li l-kumpanija ddeċidiet li s-servizz jibda jkun disponibbli madwar l-Ewropa kollha biex tiġi konformi mal-politika Ewropea dwar l-aġenda diġitali, fejn servizz f’pajjiż Ewropej għandu jkun disponibbli fil-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea.
L-istess kelliem spjega li l-apps meħtieġa biex is-servizz ikun disponibbli wkoll fil-pjattaforma mobbli bħal smartphones u tablets se jsibu posthom fil-marketplace Malti tal-Appstore u Play Store fil-ġimgħat li ġejjin.
Netflix huwa meqjus bħala l-ikbar network tat-televiżjoni fid-dinja, b’aktar minn 70 miljun membru f’190 pajjiż madwar id-dinja.
Tista’ taċċessa n-Netflix f’Malta hawn.