Is-servizz tal-linja ftit li xejn affettwat mill-Valletta Summit

Il-kumpanija li tħaddem it-trasport pubbliku avżat li, bl-eċċezzjoni ta’ rotta waħda, fil-jiem li ġejjin it-trasport pubbliku se jibqa’ jaħdem b’mod normali, mingħajr interruzzjonijiet jew bdil fir-rotot.
L-unika rotta li mhix se ssir fil-jiem li ġejjin hi dik 133, li ddur id-dawra ta’ madwar il-Belt Valletta.
Il-bqija, skont Malta Public Transport, is-servizz tat-trasport pubbliku mhux se jiġi affettwat mill-Valletta Summit, li se jsir bejn l-Erbgħa u l-Ħamis li ġejjin.
Il-kumpanija avżat li aktarx ikun hemm xi dewmien fuq xi rotot minħabba toroq li se jkunu magħluqa f’dawk il-jiem, u li f’każ ta’ bżonn, se tkun qed tinforma lill-midja bi żviluppi li jistgħu jinqalgħu.