Is-servizz tal-lift tal-barrakka temporanjament sospiż

Is-servizz tal-lift tal-Barrakka fil-Belt Valletta se jkun sospiż b’mod temporanju minn għada t-Tlieta sa nhar l-Erbgħa l-ewwel ta’ Mejju.  

Fi stqarrija, Transport Malta qalet li dan is-servizz se jkun qed jiġi mwaqqaf minħabba funzjoni li se tkun qed issir fil-barrakka ta’ fuq.  Is-servizz jerġa jkompli nhar l-Erbgħa mis-7am sad-9pm.  Transport Malta tiskuża ruħha ta’ dan l-inkonvenjent.