“Is-servizz tal-lifeguards għandu jitħallas mill-operaturi fuq il-bajjiet” – PD

Il-Partit Demokratiku ppropona li s-servizz tal-għassiesa tal-kosta jkun iffinanzjat mill-kumpaniji li qed jagħmlu qligħ mill-art pubblika.
Fi stqarrija, il-PD faħħar l-azzjoni riċenti li ttieħdet kontra l-abbuż li sar minn ċertu operaturi fuq bajjiet Maltin.
Saħaq li dawn l-abbużi ilhom isiru għal ħafna żmien u li hemm bżonn li jsiru aktar spezzjonijiet biex dawn jiġu mnaqqsa.
Il-partit issuġġerixxa li l-ispejjeż tal-liċenzji għandhom jiġu aġġornati biex jirriflettu tassew il-valur tal-art pubblika.
Dawk il-persuni li jiksru r-regoli frekwentament għandha tittiħdilhom il-liċenzja, kompla jgħid il-PD.
Kien hawn li l-Partit Demokratiku insista dwar il-miżuri ta’ saħħa u sigurtà fuq il-bajjiet u li jkun hemm preżenza kontinwa tal-għassiesa tal-kosta.
Ritratt: Ian Noel Pace