“Is-servizz tal-IVF se jitwessa’ biex aktar koppji jkunu eliġibbli”

Il-104 wild tiwled fl-Isptar Mater Dei permezz tas-servizz tal-IVF.
Huwa u jiċċelebra dan il-mument, il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, qal li d-deċiżjoni li jibda jingħata dan is-servizz fl-isptar kienet waħda mill-aktar importanti li ħa il-Gvern.
B’kollox minn Jannar tal-2015 sal-lum twieldu bl-IVF 61 tifla u 43 tifel, u fil-preżent hemm ’il fuq minn 30 koppja qegħdin jistennew tarbija, ukoll bis-servizz tal-IVF f’Mater Dei.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Fearne irrikonoxxa s-sagrifiċċji li jgħaddu minnhom koppji li jagħmlu l-IVF, iżda qal li dan kollu jintesa meta jaraw it-tarbija f’idejhom.
Ma’ dan żied li fix-xhur li ġejjin il-Gvern se jwessa’ s-servizz tal-IVF biex aktar koppji jkunu eleġibbli biex jagħmlu l-IVF.
Ritratt: DOI – Jason Borg