Is-servizz tad-Detox se jkompli jingħata

Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS, ħabbret li fiċ-ċirkostanzi adottat proċeduri biex is-servizz tad-Detox ikompli jingħata lill-klijenti.

L-impjegati se jinqasmu f’żewġ gruppi fejn ma jkollhom l-ebda kuntatt ma’ xulxin billi jaħdmu fi ġranet differenti. Dan għaliex jekk xi impjegat mill-ewwel grupp jiġi infettat bil-COVID-19, il-grupp kollu jkollu jidħol fi kwarantina. Dan ikun ifisser ukoll illi wieħed mill-grupp ikollu jaħdem għall-14-il ġurnata sħaħ.

Il-Fondazzjoni fakkret li t-tqassim tal-Methadone fiċ-Ċentru tad-Detox huwa sigur minħabba li dan jitqassam minn wara l-ħġieġa. Stqarret iżda li l-appuntamenti li saru bħala follow-up se jiġu posposti filwaqt li mhux se jkun hemm laqgħat barra jew żjarat mit-tobba, fil-komunitajiet ta’ riabilitazzjoni mill-vizzji, li jinkludu fost oħrajn il-Komunità Santa Marija u anke l-Caritas.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn