Is-Servizz Pubbliku se jkun aċċessibbli 24 siegħa kuljum

Waqt il-konferenza annwali “Ġimgħa tas-Servizz Pubbliku 2016- Ninvestu fin-Nies”, ġie mħabbar li s-Servizz Pubbliku se jkun aċċessibbli matul is-sena kollha, b’servizz ta’ 24 siegħa kuljum.
Mario Cutajar, is-Segretarju Permanenti Ewlieni, ħabbar li sas-sena d-dieħla se jibda l-one stop shop onlajn biex wieħed ikollu aċċess għas-servizzi kollha tal-Gvern fuq sit wieħed. Madanakollu, wieħed jista’ jżur wieħed mit-tliet ċentri oħra li se jinfetħu.
Tenna li minflok il-Performance Management Programm, sistema li tħares b’mod ħolistiku lejn l-individwu u l-prestazzjoni tad-dipartiment se tkun introdotta.
Kompla jgħid, li se ssir riforma fl-ispezzjonijiet u fir-regoli tax-xiri li jagħmel il-Gvern. Barra minn hekk, qal li se tissaħħaħ il-ħidma fis-Servizz Pubbliku u se jinkludu sistemi ġodda fil-Ministeri li jissorveljaw il-kwalità, il-komunikazzjoni u l-informazzjoni ta’ dan is-servizz.
Is-Segretarju saħaq li s-Servizz Pubbliku se jkompli jisma’ lill-klijenti tiegħu fil-ġimgħat li ġejjin biex jinstabu mezzi oħra li jtejbu s-servizz.
Aktar dettalji jinsabu hawn
Ritratt: DOI Jeremy Wonnacott