Aġġornata bil-filmat: Il-maltemp iħarbat is-servizz lejn Għawdex

Dan is-sit jinsab infurmat li l-vapur t’ Għawdex mhux qed jaħdem skont l-iskeda, minħabba li qed ikollu jgħaddi minn wara Kemmuna kawża tal-mewġ qawwi.

Hu mifhum li r-riħ se jkun qawwa ta’ riefnu forza 8 mill-Punent għall-Majjistral, kultant qawwi ħafna forza 9 aktar tard jonqos għal qawwa ta’ riefnu liema twissija se tibqa’ fis-seħħ sa tard illejla u tista’ tiġi mġedda.

Ritratt Għar Lapsi: Tarcisio Barbara