Is-servizz analogue tal-Melita se jieqaf it-Tlieta

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Melita se twaqqaf is-servizz tat-televixin analogue fis-17 ta’ April.
Fi stqarrija l-Uffiċjal Kap tat-Tekonoliġija tal-Melita Simon Montanaro qal li permezz ta’ dan il-waqfien fis-servizz il-kumpanija se tkun tista’ tkabbar l-internet tat-tip gigabit f’Malta.
Skont il-Melita, l-istazzjonijiet Maltin kollha waqqfu milli jxandru bl-analogue, jiġifieri trażmissjoni mingħajr kaxxa tat-televixin, fl-2011.