Is-Serbja tivvota favur l-UE, l-Awstrija favur il-lemin estrem

Is-Serbja hi pass eqreb li tissieħeb fl-UE hekk kif l-elezzjoni ġenerali tal-aħħar jiem tat rebħa, ta’ madwar 52%, lill-Prim Ministru attwali Aleksandar Vucic li jippromwovi politika favur l-UE.
Fi kliemu, ir-rebħa tagħti mandat għal iktar riformi biex il-pajjiż isir membru tal-UE.
Din kienet it-tielet elezzjoni Parlamentari għas-Serbja f’inqas minn erba’ snin.
Fl-Awstrija wkoll seħħet l-ewwel rawnd ta’ elezzjonijiet Presidenzjali li taw rebħa lil-lemin estrem.
Ir-riżultat hu xokk għall-koalizzjoni li ilha tmexxi l-pajjiż mill-1945.
L-iktar tema taħraq fl-Awstrija f’dawn ix-xhur kienet l-immigrazzjoni.