Is-separatisti tal-Katalunja jlestu għall-protesti

REUTERS/Albert Gea

Il-Mexxej Katalan Quim Torra sejjaħ lill-Gvern Spanjol biex li jsir referendum għall-Indipendenza tal-Katalunja fis-Spanja. Dan qalu waqt intervista li ġiet ippublikata llum, jumejn qabel ma jerġgħu jibdew protesti li għalihom mistenniha attendenza numeruża f’Barċelona.

Wara li taffew it-tenzjonijiet bejn il-Gvern tal-Katalunja u l-Gvern Spanjol, Torra qal li se jaċċetta  biss ir-referendum għall-indipendenza sħiħa tar-reġjun. Huwa saħaq li jekk il-Gvern ma jarax din bħala pożizzjoni li tista’ tiġi negozjata huma se jibqgħu għaddejjin għax għandhom mandat demokratiku.

Mijiet ta’ eluf ta’ Katalani li huma favur stat indipendenti tal-Katalunja mistenniha jibdew jipprotestaw nhar it-Tlieta 11 ta’ Settembru f’jum li jfakkar festa fir-reġjun li kienet approvata dawn l-aħħar snin.

Torra talab ukoll biex jitwaqqgħu l-akkużi kontra disa’ mexxejja separatisti li qed jiġu akkużati b’reati varji dwar l-rwol tagħhom fir-referendum li ġie mwaqqaf is-sena l-oħra.

Is-smiegħ fil-Qorti mistenni jibda f’Ottubru.