Aġġornata: Is-Senat Taljan ikeċċi lil Berlusconi

Is-sanat Taljan approva t-tkeċċija tal-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi mill-Parlament Taljan.

Din it-tkeċċija se tiġi fis-seħħ b’mod immedjat hekk kif  il-Qorti Taljani qed takkużah bi frodi.

Berlusconi ddomina x-xena politika fl-Italja għal dawn l-aħħar 20 sena, mistenni jaffaċċja akkużi kriminali wara li tneħħietlu l-immunita tal-Parlament.

Qabel ma ttieħed il-vot, Berlusconi ħalef li se jibqa’ fil-politika biex imexxi l-Partit Forza Italja. 

Wara dan il-vot, Berlusconi ħareġ isellem l-eluf ta’ persuni li nġabru quddiem ir-residenza tiegħu f’Ruma.

Huwa sostna li l-ebda mexxej politiku ma għadda mill-persekuzzjoni li kellu jgħaddi minnha hu.  Huwa qal li dan huwa żmien mudlam għall-politika Taljana. Issa, sostna l-biljunarju Taljan, il-ġlieda se tkompli barra mill-Parlament.