Is-Senat Amerikan japprova l-intervent militari fis-Sirja

Waqt laqgħat tal-kumitat, is-Senaturi Amerikani approvaw l-ewwel kopja tar-riżoluzzjoni li tappoġġja l-intervent militari fis-Sirja.

Il-vot dwar din il-miżura se jittieħed il-ġimgħa li ġejja u se jkun qed ipoġġi limitu ta’ 60 jum fuq kull operazzjoni militari li ssir.

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, John Kerry saħaq li l-Amerka se jkollha tieħu azzjoni wara li r-reġin ta’ Assad uża armi kimiċi fuq il-poplu Sirjan.

Il-Kelliem Republikan tal-Kamra tar-Rappreżentanti, John Boehner, ukoll approva l-pjan biex l-Istati Uniti jintervjenu fis-Sirja.