Is-sena tal-futbol Ingliż fi ftit kliem

Wieħed jista’ jgħid li l-futbol Ingliż din is-sena kien fost l-aqwa fl-Ewropa. Is-sena kienet imħallta b’estremitajiet. Minn drama sportiva għal diżastru komplet, filwaqt li xi klabbs laħqu s-sema u oħrajn missew il-qiegħ.

Liverpool u Chelsea trijonfaw fil-kontinent u sa dan it-tant Liverpool żiedu t-Tazza tal-Klabbs biex żgur jagħlqu s-sena bit-tajjeb.  

It-tim nazzjonali Ingliż, grazzi għat-talent il-ġdid li qed jingħaqad u jiżdied mat-tim, sar l-għira ta’ ħafna coaches internazzjonali oħra.

Min-naħa l-oħra dawn it-12-il xahar kixfu l-fatt ukoll li din il-logħba hija bogħod ferm milli tkun perfetta.

Xi sidien ma wrewx ġih lill-klabb, uħud mill-partitarji ma ġabux ruħhom sew, u l-affarijiet ma marrux kompletament tajjeb għal dawk li introduċew it-teknoloġija tal-VAR  ġewwa l-Ingilterra. Wieħed jista’ jgħid li l-futbol fl-Ingilterra din is-sena għadda wkoll minn żmien ħażin.