Is-sena l-oħra ħarġu 58 permess għall-billboards

    Fl-2019 ingħataw 58 permess għall-billboards mill-Awtorità tal-Ippjanar. Din kienet l-iktar sena li fiha ngħataw permessi għall-billboards.

    Bejn l-1994 u l-2020 ingħataw 547 permess għall-billboards fil-Gżejjer Maltin. L-aktar lokalità li kellha billboards matul dawn is-26 sena kienet il-Marsa b’total ta’ 73 billboard.

    Il-lokalitajiet li kellhom biss billboard wieħed matul dawn is-26 sena kienu Ix-Xagħra u ż-Żebbuġ f’Għawdex, Birkirkara/ Ħ’Attard, Birkirkara/L-Imsida, Bormla, Ħal Għaxaq, iż-Żejtun, Ħal Kirkop, Marsa/ Raħal Ġdid, Ħal Lija, L-Imġarr, Il-Qrendi, Ħal Tarxien/ Iż-Żejtun u ż-Żurrieq.

    Din l-istatistika ġiet ippreżentata fil-Parlament mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.