Is-seminaristi Għawdxin għal fuq il-palk

Matul dawn l-aħħar ġimgħat is-seminaristi tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù tad-Djoċesi ta’ Għawdex kienu għaddejjin b’ħidma ma taqta’ xejn sabiex iħejju farsa fi tliet atti bl-isem ta’ Stejfen jilħaqlu. Din il-farsa qed tinħadem mis-seminaristi stess taħt id-direzzjoni ta’ Dun Joseph Bajada.

L-istorja ta’ din il-farsa hija ambjentata fis-seklu 20 u ddur ma’ żewġ sinjuri, uliedhom u s-sefturi tagħhom.

Il-farsa se tittella’ nhar il-Ħadd li ġej fis-7.30pm, il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru fit-8.00pm, u s-Sibt 30 ta’ Novembru fit-8.00pm, fis-Sala tas-Seminarju, Triq Enrico Mizzi, il-Belt Victoria. Il-biljetti jistgħu jinkisbu għall-prezz ta’ €5 mis-Seminarju stess jew inkella billi wieħed iċempel 21556479.

Se jkun hemm ukoll l-opportunità li l-pubbliku jdur dawra mal-binja tas-Seminarju u jara fejn jgħixu u jitgħallmu s-seminaristi.

Min jaf x’se jivvinta Stejfen? Tgħid veru li Stejfen jilħaqlu?