Is-sema fuq il-gżejjer Maltin ssir sett tal-films u l-fotografija

Is-sema fuq il-gżejjer Maltin saret sett tal-films u tal-fotografija, hekk kif żewg ajruplani tal-Air Malta taru f'formazzjoni fuq siti ewlenin fil-gżejjer Maltin.

Nhar it-Tlieta li għadda, kienet l-ewwel darba li ajruplani tal-Air Malta taru f'formazzjoni flimkien u li l-linja tal-ajru organizzat dan it-tip ta' iffilmjar mill-ajru.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta Peter Davies saħaq li din l-inizjattiva kienet organizzata f'konformità mal-impenn il-ġdid tal-Air Malta li ssir linja tal-ajru ffukata fuq id-destinazzjoni u ambaxxatur u gwida ta' dak kollu li l-gżejjer Maltin jistgħu joffru.

Diversi postijiet tipiċi Maltin kienu magħżula bil-għan li juru l-wirt għani storiku u kulturali li jagħmlu d-destinazzjoni aktar attraenti għall-viżitaturi. Dawn il-postijiet jinkludu l-Belt Valletta, l-Imdina, l-Blue Lagoon, id-Dwejra u Golden Bay.

Il-filmati u r-ritratti se jgħinu biex il-linja tal-ajru nazzjonali u l-gżejjer Maltin ikunu riklamati aktar.

Ritratti: Air Malta/Kurt Arrigo