Is-sejħa għal waqfien mill-ġlied minħabba l-Covid-19 approvata

REUTERS/Carlo Allegri/File Photo

Read in English.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda nhar l-Erbgħa fl-aħħar ta l-appoġġ tiegħu lis-sejħa tal-kap tal-Ġnus Magħquda Antonio Guterres meta nhar it-23 ta’ Marzu sejjaħ għal waqfien mill-ġlied madwar id-dinja kollha in vista tal-pandemija tal-coronavirus fejn kienet adottata riżoluzzjoni wara xhur ta’ diskussjonijiet sabiex jintlaħaq kompromess bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Ir-riżoluzzjoni, imfassla minn Franza u t-Tuneżija, titlob li “l-partijiet kollha f’kunflitti armati jimpenjaw ruħhom minnufih lejn waqfien umanitarju durabbli għal mill-inqas disgħin jum konsekuttiv” biex jippermettu l-konsenja ta’ għajnuna umanitarja.

In-negozjati dwar ir-riżoluzzjoni twaqqfu ħesrem minħabba diżgwid bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti dwar jekk għandux ikun hemm appoġġ għall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. L-Istati Uniti ma riditx referenza għall-korp tas-saħħa globali, filwaqt li ċ-Ċina riedet.

Il-President ta’ l-Istati Uniti Donald Trump f’Mejju kien qal li Washington kienet se tirtira mill-aġenzija bbażata f’Ġinevra minħabba l-mod kif immaniġġjat il-pandemija, filwaqt li akkużaha li kienet qed taġixxi fl-interess taċ-Ċina u li kienet qed tippromwovi d-“diżinformazzjoni Ċiniża” – dikjarazzjonijiet li kienu miċħuda mill-WHO stess.

Ir-riżoluzzjoni adottata mill-Kunsill tas-Sigurtà ma ssemmix il-WHO iżda tirreferi għal riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-U.N.

“Verament rajna l-korp fl-agħar tiegħu,” qal Richard Gowan, id-direttur tal-International Crisis Group tal-Ġnus Magħquda. “Dan huwa Kunsill tas-Sigurtà li ma jaħdimx sew.”

Wara li ġiet adottata r-riżoluzzjoni, L-Istati Uniti u ċ-Ċina tefgħu xi botti sottili lill-xulxin.

L-Istati Uniti qalu fi stqarrija li filwaqt li appoġġjat ir-riżoluzzjoni “din ma tinkludix lingwaġġ kruċjali li jenfasizza t-trasparenza u l-qsim tad-data bħala aspetti kritiċi fil-ġlieda kontra dan il-virus.”

L-Ambaxxatur taċ-Ċina għall-Ġnus Magħquda Zhang Jun, irrikonoxxa li l-korp “messu wieġeb immedjatament” għas-sejħa ta’ Guterres, u żied: “Konna frustrati ħafna li xi pajjiż iddeċieda li jippolitiċiżża dan il-proċess.”