‘Is-Sedja Titkellem’ għas-seba’ darba

Tnieda s-seba' volum tal-ktieb Is-Sedja Titkellem
It-tnedija saret mill-Ispiker Anġlu Farrugia waqt konferenza tal-aħbarijiet.
F’din il-ġabra wieħed isib ir-rulings kollha li ngħataw mill-Indipendenza sal-2013. 
Wieħed isib 431 deċiżjoni f’din il-publikazzjoni.
Ġie spjegat kif dawn id-deċiżjonijiet għad għandhom valur bħala regoli fil-kamra tar-rappreżentanti, għax meta tqum xi kwistjoni l-ispiker tal-ġurnata jħares lejn rulings tal-passat dwar x’għandha tkun is-soluzzjoni. 
Għal konferenza stampa kien hemm preżenti wkoll id-Deputat Speaker Claudette Buttigieg, il-Whip Parlamentari għall-Gvern Byron Camilleri, il-Whip Parlamentari għall-Oppożizzjoni Robert Cutajar u l-Membru Parlamentari Ivan Bartolo.
Ritratti: SPK