Is-securekeys tal-BOV se jinbidlu; se jogħlew

Read in English.

L-hekk imsejħa securekey tal-Bank BOV mhux se tkun tista’ tibqa’ tintuża mill-klijenti tal-bank wara l-14 ta’ Settembru. Wara din id-data, dawk li jixtiequ jixtru oħra se jkollhom iħallsu €10 fis-sena. Din is-securekey il-ġdida se tkun differenti minn dik ta’ qabilha – kemm fid-dehra kif ukoll fil-funzjonalità tagħha.

Dan tħabbar fuq is-sit tal-BOV f’avviż datat fit-23 ta’ Awwissu. Fl-istess ġurnata, il-BOV ħabbar ukoll it-tibdil fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook.

In line with the Payment Service Directive 2, as of the 14th September 2019, the current BOV internet banking securekey…

Posted by BOV Club on Friday, August 23, 2019

Skont il-BOV, min ma jridx iħallas għal securekey ġdida jkun jista’ juża’ l-apps tal-BOV għall-Android u iOS b’xejn. Min ikun jixtieq waħda ġdida jrid imur għand fergħa tal-bank.

L-avviż skont kif jidher fuq is-sit tal-BOV

Sat-13 ta’ Settembru l-prezz biex wieħed iġedded is-securekey huwa mniżżel bħala €6.99 fis-sena. Mill-14 ta’ Settembru, il-prezz se jitla’ għal €10 għal dawk b’kont personali. Dawk b’kont tan-negozju jridu jħallsu €15 fis-sena.

Bank of Valletta

Il-BOV qal li t-tibdil qed isir skont “Payment Service Directive 2”. Għalkemm il-bank HSBC joffri servizz simili, m’hemmx avviżi li dan se jkun qed jinbidel fuq is-sit tal-bank.

Skont is-sit tal-BOV, dawk li kienu qed japplikaw għal BOV Securekey bejn it-18 ta’ Lulju u l-14 ta’ Settembru se jkunu qed iħallsu €6.99. Wara l-14 ta’ Settembru u meta tiġi d-data tat-tiġdid, il-prezz ikun ta’  €10 is-sena.

Skont il-BOV, wara l-14 ta’ Settembru, l-aċċess għall-internet banking se jkun b’xejn.