Is-seba’ u t-tmien Beatitudni

Fl-edizzjoni tal-lum tal-programm JienInt, li jixxandar fl-4.30pm fuq Net, Francesa Polidano se titkellem ma’ Elisa Saliba u Sr Rachel Frendo OSA, dwar is-seba’ u t-tmien Beatitudni, jiġifieri “Ħenjin dawk li jġibu l-paċi għax huma jissejħu wlied Alla”, u “Ħenjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa għax tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet.”

Dawn huma żewġ Beatitudnijiet sbieħ u importanti li jekk ngħixuhom inkunu qed nieħdu ħsieb ħafna lil dawk ta’ madwarna, lill-familji tagħna u anke, b’xi mod, lill-popli oħra. Xi tfisser li tkun ppersegwitat minħabba s-sewwa? U kif wieħed jista’ jġib il-paċi?

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi Media, b’direzzjoni ta’ Paul Jones.

Il-programm ikollu repetizzjoni l-Ħadd fis-7.30am fuq Net.