Is-Sataniżmu: verità jew fantasija?

Andrew Azzopardi on 103 nhar is-Sibt 28 ta’ Novembru fil-11:00am fuq 103 Malta's Heart.

Read in English.


Is-sataniżmu huwa sempliċiment reliġjon jew kult ieħor? Is-sataniżmu huwa illegali? Għalfejn in-nies jagħżlu dik it-triq? Din hija issue li niltaqgħu magħha fis-soċjetà tagħna. Jidher li aktar tfal qed jinteressahom l-okkult u dak li huwa relatat miegħu. Jidher ukoll li l-okkult huwa ħafna aktar mifrux u organizzat milli nobsru.

Il-Prof. Andrew Azzopardi jiddiskuti dan is-suġġett delikat u kontroversjali waqt il-programm tiegħu Andrew Azzopardi on 103 li jixxandar is-Sibt fil-11.00am fuq 103 Malta’s Heart.

Il-mistieden prinċipali se jkun l-eżorċista Patri Franco Fenech. Ikun intervistat ukoll satanista.


 

Jekk tafni xxandarx ismi

Prof. Oliver Friggieri huwa kolonna f’dan il-pajjiż, difensur tal-bniedem b’kapaċitajiet letterarji, lingwistiċi tal-ogħla kwalità. Imma apparti hekk il-Prof. Friggieri huwa għani fil-ħsieb u fis-sensittività lejn il-bniedem u difensur kbir tal-umanità. Ma’ kull min titkellem għandu anedott fuq ‘Oliver’ umli bħalu ftit jew xejn hawn.

Il-Prof. Andrew Azzopardi jitkellem ma’ Dr Mario Thomas Vassallo dwar il-wirt li ħalla l-Prof. Friggieri.

Andrew Azzopardi on 103 is-Sibt mill-10 sa 12pm fuq 103 Malta’s Heart.