Is-Satabank teħles l-ewwel assi – MFSA

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) ħabbret li s-Satabank għadu kemm temm l-ewwel fażi tal-għoti lura tal-assi lill-klijenti tiegħu.

Mis-26 ta’ Novembru, Satabank beda l-proċess sabiex jagħmel kuntatt mal-klijenti residenti f’Malta li għandhom assi ta’ bejn €50 u €15,000. Skont l-aħħar notifika pubblika, il-proċess tas-Satabank iss huwa komplet u se jkun qed isegwi billi mill-ġimgħa d-dieħla jibda jikkuntattja klijenti li mhumiex residenti Malta u li għandhom l-istess ammont ta’ assi.

L-MFSA spjegat ukoll li l-Hardship Fund għall-korporazzjonijiet li huma klijenti tal-bank se tibqa miftuħa.