Is-Salvatur fid-duħħan

Dehra pjuttost mhux tas-soltu għall-istatwa tas-Salvatur, li tinsab fuq l-Għolja tal-Merżuq f’Marsalforn, li ħafna drabi fir-ritratti narawha bix-xemx tiżreġ fuqha.
Imma llum waranofsinhar, is-Salvatur ta’ Marsalforn deher f’daħna, hekk kif qabad xi ħaxix fl-għelieqi tal-madwar.
In-nirien ġew ikkontrollati minn membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Nirien oħra ħakmu parti mill-Wied ta’ Marsalforn.
Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.