Is-Salina issa f’idejn il-BirdLife

Iż-żona tas-Salina issa tinsab taħt l-operat tal-BirdLife Malta, hekk kif iffirmaw ftehim mal-Gvern.

Il-BirdLife żvelaw li ċ-ċerimonja tal-firem sar fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi tas-Salina ftit tas-sigħat ilu, fejn il-BirdLife issa jimmaniġja u jieħu ħsieb l-operat tas-Salina.

The day is finally here! We are today signing a management and operation agreement with the MaltaGov for Salina Nature…

Posted by BirdLife Malta on Tuesday, August 21, 2018

Il-ftehim ġie iffirmat mill-President tal-BirdLife Daryl Grima, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg u l-Ministru  għall-Ambjent José Herrera, u sar bil-kollaborazzjoni tal-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent.