Is-salib tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Mellieħa se jerġa’ jittella’

Facebook

Read in English.

Is-salib tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Mellieħa se jerġa’ jittella’ wara kien hemm bosta reazzjonijiet ta’ rabja għaliex dan tniżżel fuq ordni ta’ infurzar maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Il-President tal-Għaqda tan-Nar Maria Bambina, Toni Caruana, qal lil Newsbook.com.mt li intervjenew il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputati Melliħin Clayton Bartolo u Robert Cutajar biex is-salib jerġa’ jittella’.

Toni Caruana spjega li kull sena, fil-Ġimgħa l-Kbira, jittella’ salib kbir fejn jaħarqu n-nar tal-festa. Dan normalment iniżżluh fi tmiem il-festi, iżda din is-sena, minħabba l-pandemija, is-salib tħalla hemmhekk bħala sinjal ta’ kuraġġ għall-poplu Malti. Madankollu, madwar jumejn ilu, ġew infurmati li kien sar rapport dwaru, u l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet ordni sabiex dan is-salib jitneħħa.

Grazzi lil Prim Ministru Robert Abela li wara kommunikazzjoni diretta mieghu dalghodu fehem is-sitwazzjoni u s-Salib ha jerga jittella fejn kien.Grazzi lil kulhadd ta l-attenzjoni.Kuragg Mellieha Fireworks

Posted by Vella Dario – Mellieha on Wednesday, August 19, 2020

Meta l-Għaqda ħabbret dan fuq il-mezzi soċjali dalgħodu, kien hemm diversi persuni li oġġezzjonaw u ma qablux ma’ din id-deċiżjoni. Dan wassal biex jintervjenu l-Prim Ministru u d-Deputati Bartolo u Cutajar sabiex is-salib jerġa’ jittella’. Għandu jittella’ llejla.

L-Oppożizzjoni wkoll semmgħet leħinha fuq dan il-każ. Il-Kunsilliera Nazzjonalisti fil-Mellieħa wrew id-diżappunt tagħhom għall-ordni li jitneħħa s-salib. Sostnew li, “Dan ma kienx xi żvilupp f’żona ‘l barra minn żoni ta’ żvilupp. Saru ħafna aktar affarijiet gravi fi żvilupp ieħor madwar il-lokalità u għaldaqstant ma nifhmux għax ittieħdet din l-azzjoni. Dan ittella’ b’mod temporanju anke fi snin mgħoddija. Għaldaqstant nitolbu lill-awtoritajiet sabiex jagħtu permess biex din l-istruttura titħalla hemm temporanjament sakemm pajjiżna joħroġ minn din il-pandemija.”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia wkoll semma kif is-salib missu tħalla hemmhekk bħala simbolu ta’ kuraġġ f’mument ta’ sfida.

Il-President Caruana semma vers mill-innu tal-Madonna tal-Mellieħa relevanti għal din is-sitwazzjoni, li “Sakemm tibqa’ x-xemx tiddi, jibqa’ jiddi fuq Malta s-salib.

Bongu. Il-bierah l-Ghaqda tan-nar Marija Bambina nizzlet is-salib li kien hemm ix-xaghra u li kien ilu hemm mil-Gimgha…

Posted by Mellieha Fireworks on Tuesday, August 18, 2020