Is-Salib tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Mellieħa lura f’postu

Is-Salib tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Mellieħa sab postu lura fix-Xagħra ta’ Ġnien Ingraw. Dan is-salib kien tniżżel fuq ordni ta’ infurzar maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Jonathan Debono.

Bosta reazzjonijiet wasslu biex ikun hemm intervent mill-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputati Melliħin Clayton Bartolo u Robert Cutajar biex is-salib jerġa’ jittella’, kif fil-fatt ġara l-Erbgħa filgħaxija.

F’kumment fuq il-midja soċjali, l-għaqda Mellieħa Fireworks, irringrazzjat lil dawk kollha li kkontribwixxew lil dawk il-persuni li ħadu l-inizjattiva sabiex tiġi riveduta din id-deċiżjoni.

Is-salib rega sab postu gox-xaghra ta’ Gnien Ingraw, Grazzi lil diversi persuni li hadu l-inizjattiva sabiex iddur…

Posted by Mellieha Fireworks on Wednesday, August 19, 2020

Il-President tal-Għaqda tan-Nar Maria Bambina, Toni Caruana, spjega li kull sena, fil-Ġimgħa l-Kbira, jittella’ salib kbir fejn jaħarqu n-nar tal-festa. Dan normalment iniżżluh fi tmiem il-festi, iżda din is-sena, minħabba l-pandemija, is-salib tħalla hemmhekk bħala sinjal ta’ kuraġġ għall-poplu Malti. Madankollu, madwar jumejn ilu, ġew infurmati li kien sar rapport dwaru, u l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet ordni sabiex dan is-salib jitneħħa.