Is-Salesjani bi programm għal żgħażagħ bla dar

Fi tmiem il-ġimgħa ġie mniedi programm ta’ monitoraġġ biex jassisti żgħażagħ li jinsabu mingħajr saqaf fuq rashom. Dan il-programm bl-isem ta’ Mentor Power se jkun qed jintuża bħala programm pilota mis-Salesjani bil-għan li jerġa’ jintegra ż-żgħażagħ fil-komunità.

Il-programm Erasmus+ huwa ffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u se jgħin persuni vulnerabbli jsiru jafu aktar lilhom innifishom u l-abbiltajiet tagħhom.

Bryan Magro il-President tan-National Federation of Past Pupils and Friends of Don Bosco qal li l-intenzjoni tagħhom kienet li joħolqu ktieb u gwida ta’ taħriġ li jkunu jistgħu jiġu implimentati fil-programm tagħhom ta’ monitoraġġ.

Żied li huma riedu li din l-għodda tkun tistà tintuża minn organizzazzjonijiet oħra sabiex ikunu jistgħu joħolqu programmi li jgħinu persuni vulnerabbli. Huwa qal li r-rispons min-naħa tal-NGOs kien wieħed pożittiv u dan se jwassal għal possibilitajiet kollaborazzjonijiet fil-futur.