Is-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem mhedda mill-bidla fil-klima

Rapport tan-Nazzjonijiet Magħquda wissa li l-impatt tal-bdil fil-klima se jkollu effetti kbar u li ma jkunux jistgħu jittranġaw.
Xjentisti u uffiċċjali ltaqgħu għal-laqgħat fil-Ġappun u qalu li d-dokument fih l-aktar analiżi kompleta li qatt saret dwar l-impatt tal-bidla fil-klima fid-dinja.
Membri tan-Nazzjonijiet Magħquda qalu li d-dokument jipprovdi evidenza ċara tal-effetti u l-ħsara.
L-impatt fuq il-bniedem hi l-akbar theddida li qed tingħata priorità, hekk kif ħadd fid-dinja se jkun mhux affettwat mill-impatt tal-bidla fil-klima.
Ir-rapport li sar wara ġimgħa ta’ diskussjonijiet intensivi jgħid li s-saħħa, id-djar, l-ikel u s-sigurtà tal-individwu huma kollha mhedda minn temperaturi dejjem jogħlew.