Is-saħħa tal-ekspija Russu vvalenat taqleb għall-aħjar

L-ekspija Russu Sergei Skripal li kien avvelenat ma’ bintu x-xahar l-ieħor m’għadux f’kundizzjoni kritika u jidher li saħħtu qed tirkupra b’mod mgħaġġel.
Skripal u bintu, Yulia Skripal, instabu mitlufin minn sensihom f’Salisbury fl-4 ta’ Marzu li għadda, wara li ġew f’kuntatt ma’ kimika organika li jkun fiha l-fosfru, li l-effett tagħha hu li tipparalizzalek in-nervituri li jgħaddu l-messaġġi lill-organi fil-ġisem.
Hekk kif Skripal, li kien Kurunell tal-militari Russa, kien ittradixxa numru ta’ aġenti billi ta informazzjoni lil spjuni Ingliżi, l-Ingilterra qed tgħid li kienet ir-Russja li kkumissjonat dan il-att, speċjalment meta intuża velenu Russu li kien żviluppat mill-militari bejn is-sebgħinijiet u t-tmeninijiet.
Kawża ta’ dan, fl-aħħar jiem, saret dik li qed tiġi msejjħa bħala l-ikbar tkeċċija ta’ diplomatiċi mill-Gwerra l-Bierda.
Ritratt: Reuters