“Is-saħħa qiegħda fil-verità” – il-PM

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li s-saħħa qiegħda fil-verità, fil-progress soċjali u fir-riżultati li qed jikseb il-pajjiż.
Waqt li indirizza sessjoni plenarja tal-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li huwa jħares f’għajnejn in-nies biex jgħid l-affarijiet kif inhuma, b’iktar saħħa u enerġija.
Tkellem dwar it-tnaqqis tal-faqar f’Malta, fejn qal li l-għadd ta’ persuni foqra niżlu minn 39,000 għal 19,000.
Muscat semma kif dan huwa fattur ieħor li juri l-progress soċjali li qed jikseb il-pajjiż bit-tmexxija ta’ dan il-Gvern.
"Gvern katalist tal-bidla" – Louis Grech
Tkellem ukoll id-deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Parlament Louis Grech li sostna li dan il-gvern jibqa’ wieħed kredibbli u katalist tal-bidla. Semma kif il-Gvern dejjem iħares lejn il-futur biex jiġġieled kontra l-burokrazija u l-inugwaljanza.
Louis Grech stqarr li l-akbar risposta li jista’ jagħti l-PL lill-avversarji politiċi tiegħu hija l-għaqda.Temm jgħid li l-PL għandu memorja storika qawwija li dejjem ħareġ aktar b’saħħtu u magħqud wara attakki ta’ din ix xorta.