Is-Safeguarding Commission tieħu azzjoni biex tħares tfal u adulti vulnerabbli

Il-Kummissjoni għall-Ħarsien tat-Tfal u Adulti Vulnerabbli qalet li, filwaqt li l-policy tagħha hi li ma tagħtix informazzjoni dwar każi speċifiċi, tieħu l-azzjoni meħtieġa fil-każi kollha fejn tfal jew adulti vulnerabbli jkunu f’riskju.
Fi stqarrija, il-Kummissjoni li taħdem fi ħdan il-Knisja, irreferiet għal allegat każ ta’ abbuż irrappurta fil-midja.
Spjegat li tieħu azzjoni abbażi tal-informazzjoni li tkun għaddiet għand il-Kummissjoni u skont l-eżitu tal-ewwel assessjar tal-każ.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jikkuntattja l-Kummissjoni fuq safeguarding@maltadiocese.org f'każ ta' tħassib dwar tfal jew adulti vulnerabbli.