Is-safar se jinfetaħ meta jkun hemm vaċċin jew skont il-każijiet?

Dr Tanya Melillo, konsulent għas-Saħħa Pubblika stqarret li għadu kmieni biex wieħed jgħid meta se jinfetaħ l-ajruport u l-portijiet.

Waqt Newsbook Q&A, Dr Melillo qalet li trid tittieħed deċiżjoni mill-pajjiżi Ewropej kollha, għax fi kliemha s-sitwazzjoni trid tkun l-istess kullimkien. Saħqet li dan fid-dawl tal-imwiet f’xi pajjiżi u li “ma rridux li n-nies jiġu hawn u jerġgħu jġibu l-marda magħhom, għax ikollna nibdew mill-bidu”.

Irrimarkat li meta jkun hawn il-vaċċin għad-dinja kollha, din is-saga kważi tispiċċa.

Dwar jekk ikunx hemm social distancing fuq l-ajruplan, Dr Melillo fissret li dan hu diffiċli, u li hu għalhekk li l-ftuħ tal-ajruport u l-portijiet hija waħda mill-aħħar miżuri li jitneħħew. Insistiet li “rridu nkunu ċerti li f’Malta u anke barra minn Malta ma jkunx hemm iżjed każijiet”.

Il-konsulent qalet li huwa impossibbli li jkun hemm social distancing fuq l-ajruplan, għax “ma jkunx vijabbli li ssirt it-titjira”.

Rappurtaġġ addizzjonali: Liz Cutajar

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn