Is-safar mill-Maltin fis-sajf jiżdied b’10%

Is-safar mill-Maltin fis-sajf żdied bi kważi 10% (9.8%) fuq is-sajf tas-sena li għaddiet.
Skont l-NSO, l-Italja u l-Ingilterra baqgħu l-iktar żewġ destinazzjonijiet popolari mal-Maltin, bi kważi nofs il-Maltin (47.4%) isiefru lejn dawn iż-żewġ pajjiżi fis-sajf.
Is-safar lejn pajjiżi oħra fl-UE ra żieda ta’ 7.7% u t-total ta’ ljieli msiefra żdiedu b’5%.
L-NSO qal ukoll li hu stmat li kull persuna nefqet €1,095 fis-safar tagħha dan is-sajf, li jfisser żieda fil-flus minfuqa, ta’ 10.4%.
L-NSO ħareġ ukoll ċifri għall-ewwel disa’ xhur tas-sena li juru żieda fis-safar ta’ 9.3%.